Lokali

Raġel ta’ 71 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli

Raġel ta’ 71 sena li joqgħod il-Mosta, kellu jittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei, għax weġġa’ serjament.

Kienu għall-ħabta ta’ nofsinhar , xħin il-Pulizija ntalbet tassisti fi Triq il-Wied, Iklin.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel waqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġo xi blokka t’appartamenti.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseanne Farruġia LL.D li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.