Lokali

Skiet minn Robert Abela

Mhux talli ma jridx jirrizenja…talli qed jipprova jġib fix-xejn id-decizjoni li ħadet il-Qorti fil-konfront tiegħu b’dikjarazzjonijiet li jmorru għalkollox kontra dak li ġie deċiż dwaru.

Din hija l-pozizzjoni li ha l-Ministru Ian Borg wara li l-Qorti ddikjarat illi dak li qal il-Ministru stess matul każ ta’ libell li sensar fetah kontra The Malta Independent mhux kredibbli. Il-Qorti ħadet din il-pożizzjoni għax qalet li ma jistax ikun li membru tal-Kabinett residenti f’raħal żgħir ma jkunx jaf li persuna li ilha toqgħod fl-istess raħal ikollha problemi ta’ saħħa mentali.

Meta kien qed jirrisponti domandi tal-gurnalisti t-Tlieta filghoaxu…Ian Borg f’nifs wiehed jghid li jirrikonoxxi dak li qalet il-Qorti – jiġifieri li ma jistax ikun li ma kienx jaf – f’nifs ieħor idawwar kliemu, u jistaqsi kif seta’ jkun jaf hu.

Il-vittma hu raġel li ilu jingħata l-kura għal mill-anqas 12-il sena – kif irriżulta minn xhieda fil-Qorti stess – u li mingħandu l-Ministru Ian Borg xtara medda kbira ta’ art għall-prezz ta’ 11,000 ewro biex jibni pixxina.

Iżda minkejja l-vulnerabbiltà tar-raġel, u d-dikjarazzjoni tal-Qorti li kliemu ma kienx kredibbli, Borg dawwar l-attakk fuq NET News u l-media indipendenti għax skont hu, qed jispinnjaw il-każ b’mod politiku.

Sadanittant, il-Ministru baqa’ jiddefendi lill-middleman f’dan il-bejgħ, minkejja li l-istess Qorti ddeċidiet il-kawża tal-libell kontra s-sensar u favur il-gazzetta li rrapurtat il-każ. Dan meta l-Ministru pprova jitfa’ r-responsabbiltà ta’ sehem il-vittma vulnerabbli fil-kuntratt iffirmat fuq in-Nutar Pubbliku.

Sadanittant, wara dawn l-aħħar żviluppi, il-Partit Nazzjonalista qal li s-skiet tal-Prim Ministru dwar dan il-każ ikompli jikkonferma li għal dan il-Gvern, ma teżisti l-ebda riga ta’ onestà u kredibbilità … u dan l-aġir qed ikompli jwaqqa’ isem pajjiżna.