Lokali

Tħassib dwar ir-rapport moneyval

Il-Bank of Valletta qed ifassal pjan ta’ kontinġenza f’każ li jitlef l-uniku correspondent bank li fadallu. Stqarr dan il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Rich Hunkin waqt li kien qed jindirizza lill-membri tal-midja it-Tlieta filgħodu.

Hunkin qal li l-prestazzjoni fqira tal-Gvern Malti fil-Moneyval kontra l-ħasil tal-flus qed tilgħab parti kbira f’dan kollu.

Huwa qal li bosta sħab potenzjali kienu qed jistennew l-eżitu finali tar-reviżjoni u jaraw jekk il-Gvern hux se jitpoġġa fuq il-lista l-griza ta’ pajjiżi li mhumiex qed jagħmlu biżżejjed biex jiġġieldu l-kriminalità finanzjarja.

Hanwhekk, hu stqarr li l-kapaċitajiet tal-BOV kontra l-ħasil tal-flus żdiedu b’aktar minn 15-il darba meta mqabbla ma’ ftit xhur ilu.

Kwistjoni oħra li qed  jaffacja l-bank hija relatata man- numru ta’ każijiet ta’ litigazzjoni.

Minn naha l-ohra, Rich Hunkin stqarr li  l-BOV qed jippjana li jimpjega madwar 200 haddiem ġdid. Hunkin qal ukoll li matul l-aħħar sentejn il-bank għalaq madwar nofs il-kontijiet tiegħu li kienu meqjusa bħala ta’ riskju għoli.