Lokali

Xejn mhu xejn għall-Gvern tal-Labour – PN

F’pajjiż normali wieħed kien jistenna li Robert Abela jagħmel dikjarazzjoni pubblika wara li l-Qorti, f’sentenza li tat, tefgħet dubju serju fuq xhieda li ta l-Ministru Ian Borg.  Imma s-skiet tal-Prim Ministru jkompli jikkonferma li għal dan il-Gvern ma teżisti ebda riga ta’ onesta’ u kredibbilita’ u dan l-aġir qed ikompli jwaqqa’ isem pajjiżna.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li x-xhieda ta’ Ian Borg kienet ‘diffiċli biex titwemmen’ u ‘mhux kredibbli’.

Robert Abela falla test ieħor meta baqa’ sieket quddiem dikjarazzjoni f’sentenza tal-Qorti dwar wieħed mill-Ministri tiegħu. Robert Abela tilef il-kontroll tal-Ministri tiegħu b’Ian Borg jiddikjara li hu ma kienx lest jirriżenja wara dan il-fatt serju.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni li pajjiżna hu għatxan għal tmexxija soda u serja li terġa’ tagħmel lil Malta partner kredibbli fuq livell politiku u terġa trodd lura d-dinjita’ u r-reputazzjoni lil pajjiżna.