Lokali

650 familja jingħataw donazzjoni tal-ikel mingħand Caritas Malta

Għat-tieni darba din is-sena, Caritas se tkun qiegħda tagħti donazzjoni ta’ 42 pallet b’ikel lill-familji fil-bżonn. L-ikel, li se ġie provdut mingħand il-kumpanija Virtu Ferries, qiegħed jinżamm fis-sala tal-parroċċa tal-Kalkara.

Albert Debono, f’isem il-Caritas, spjegalna li kkomunikaw mal-komunita’ sabiex jaraw kemm hemm familji li għandhom bżonn l-ikel, u allura jkunu jistgħu jallokaw ir-riżorsi. B’kollox huma jgħinu madwar 1,300 familja.

Fost il-parroċċi u entitajiet li jaħdmu magħhom il-Caritas hemm il-Millenium Chapel, St. Jean Antide, Pawlu Freire Institute, il-Fondazzjoni Sebħ u oħrajn.