Lokali

“Abela ma jistax jibqa’ sieket quddiem min jieħu vantaġġ mill-vulnerabbli” – PN

“Is-sentenza tal-Qorti dwar każ li fih hemm involut Ian Borg hija serja u titfa’ responsabbiltà politika fuq il-Prim Ministru. Robert Abela ma jistax jibqa sieket quddiem każ li fih Ian Borg instab li l-prova jieħu vantaġġ minn persuna vulnerabbli b’xhieda li l-Qorti qisitha bħala mhux kredibbli u li diffiċli titwemmen.”

Dan ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista dwar dan il-każ ta’ konferma oħra ta’ kemm dan hu Gvern bi standards etiċi u morali baxxi u li qed jirriflettu ħażin fuq pajjiżna. L-istqarrija tkompli tgħid li dan hekk kif għall-Gvern ma teżisti ebda riga ta’ onestà u kredibbiltà u dan l-aġir qed ikompli jwaqqa’ isem pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni li Malta u Għawdex għandhom bżonn ta’ tama ġdida li tista’ tingħata biss permezz ta’ viżjoni li tixprunana fil-ħidma politika tagħna biex flimkien nifdu lil pajjiżna. Dan hekk kif hekk biss inkunu nistgħu verament nikbru u nissaħħu flimkien.