Lokali

‘Bella’ – il-ġeru li ntrema f’kaxxa tal-kartun fil-Marsa

Bella nstabet qed tmut bil-ġuħ

Dalgħodu nstab ġeru mormi f’kaxxa tal-kartun jirtried bil-bard, maħmuġ u mimli dubbien, u saħansitra kien qed imut bil-ġuħ tant li wieħed faċilment jista’ jara l-għadam ta’ ġismu.

Dan il-ġeru nstab mormi fil-Marsa u ttieħed mill-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati fejn minnufih tawh x’jiekol, ġie kkurat għall-briegħed, u ngħata għadd ta’ kutri biex jipproteġuh mill-kesħa.

Il-ġeru ssemma’ Bella fejn se jkun qed jaraha tabib tal-annimali iżda fortunatament diġa jidher li saħħet il-ġeru bdiet sejra ‘l quddiem.