Coronavirus Lokali Saħħa

Bernard Grech isejjaħ għal strateġija nazzjonali dwar kif se tingħata t-tilqima tal-Covid

Il-Kap tal-PN isejjaħ għal strateġija nazzjonali għal mod kif se jitqassam il-vaċċin tal-Coronavirus

Permezz ta’ post fuq Facebook il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li wara l-aħbar tajba li r-Renju Unit approva l-ewwel vaċċin tal-COVID-19 u b’hekk issa dan jista’ jibda jintuża, issa huwa kruċjali li mingħajr iktar dewmien il-Gvern jippubblika l-istrateġija dettaljata tiegħu dwar kif se tingħata l-vaċċinazzjoni f’Malta. Huwa saħaq ukoll li dwar din l-istrateġija ssir konsultazzjoni denja.

Huwa tenna li f’dan il-mument ma nistgħux nagħmlu żbalji u rridu nisimgħu mill-esperti tas-saħħa.

Dan filwaqt li appella biex f’dan il-mument fejn qed nittamaw li noqorbu lejn in-normalità li xi darba konna nafu, huwa kruċjali li xorta waħda nibqgħu viġilanti.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1023211581523480