Futbol Sport

Birkirkara jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva

(Ritratt: James Galea/ MFA)

Birkirkara………………….3

Tarxien R………………….0

Birkirkara: A. Guarnone, L. Montebello, R. Briffa (N. Friggieri 90’), K. Zammit, Y. Yankam, F. Falcone (F. Verde 84’), C. Attard, C. Bonanni, C. Prado, M. Carniello, A. Da Paixao (P. Mbong 84’)

Tarxien R.: D. Fernandes, C. Anderson do Nascimento, B. Muscat, D. Falzon, M. Spiteri (K. Pulo 84’), V. Plut, J. Debono (M. Miranda 59’), C. Vanger (D. Tabone 89’), E. Rosado, K. Gatt (K. Attard 84’), M. Tabone        

Referee: E. Grech

Assitenti referees: D. Sultana, R. Vella

Birkirkara kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva minn meta rritronaw mill-waqfa li kellhom minħabba l-każijiet tal-coronavirus meta fil-Hibernians Stadium f’waħda mill-partiti li kellhom jirkupraw għelbu lil Tarxien Rainbows 3-0. Tarxien minn naħa tagħhom kienu għadhom ġejjin minn rebħa sorpriża ta’ 3-1 fuq Valletta.

Birkirkara ħarġu fuq l-offensiva u fetħu l-iskor wara disa’ minuti meta minn cross minfuq il-lemin ta’ Luke Montebello kien FEDERICO FALCONE li kkonkluda għal wara Fernandes. Fit-tieni taqsima, it-tim imexxi minn Andre Paus kompla fuq l-ewwel taqsima u wara ħdax –il minuta għamluhom 2-0. Kien LUKE MONTEBELLO li aprofitta minn konfużjoni fid-difiża ta’ Tarxien fejn ikontrolla tajjeb qabel xeħet fir-roka tax-xibka. Fis-76 minuta Birkirkara aċċeertaw mit-tliet punti meta minn pass tajjeb fit-tul ta’ Carniello, kien għal darb’oħra LUKE MONTEBELLO li wara li daħal fil-kaxxa kkonkluda għal 3-0. B’din ir-rebħa b’hekk Birkirkara telgħu b’10 punti fil-ħdax il-post tal-klassifika b’partita anqas filwaqt li Tarxien baqgħu bi tmien punti fit-13 –il post.