Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Jitilgħu għal 146 il-vittmi f’pajjiżna

Il-vittmi huma 3 irġiel u 2 nisa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li f’temp ta’ 24 siegħa, 5 persuni oħra mietu kaġun tal-Covid-19. Dan ifisser li t-total ta’ fatalitajiet f’dawn id-disa’ xhur tela’ għal 146.

L-ewwel każ li tħabbar illum kien ta’ raġel ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Novembru, u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ raġel ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-22 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tielet każ raġel ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-22 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fir-raba’ każ mara ta’ 80 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fil-ħames każ mara ta’ 91 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li fl-aħħar ħamest ijiem f’pajjiżna kellna 14-il vittma tal-pandemija.