Formula 1 Sport

George Russell se jieħu post Lewis Hamilton għall-Grand Prix tal-Bahrain

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Williams George Russell se jkun qiegħed isuq għal Mercedes fi tmiem il-ġimgħa wara li s-seba’ darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Lewis Hamilton irriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Mercedes laħqu ftehim ma’ Williams sabiex Russell ikun jista’ jsuq minflok Lewis Hamilton fit-tieni tellieqa li se ssir fil-Bahrain bis-sewwieq tal-Formula 2 Jack Aitken se jkun qiegħed isuq minflok Russell għal Williams.

Is-sewwieq ta’ 22 sena diġa kien saq bħala xufier riserva għal Mercedes u kien iddebutta fil-Formula 1 is-sena li għaddiet ma’ Williams. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Russell qal li jħossu iffortunat li ġietu l-opportunità li fi staġun wieħed se jkun saq għal żewġ timijiet differenti fil-Formula 1.

Romain Grosejan joħroġ mill-isptar

Is-sewwieq ta’ Haas Romain Grosjean ħareġ mill-isptar aktar kmieni wara l-ħruq li sofra f’partijiet minn ġismu kawża tal-inċident li kellhu nhar il-Ħadd waqt l-ewwel Grand Prix minn tnejn li qed isiru fil-Bahrain. F’dik li setgħat kienet l-aħħar tellieqa għal Grosjean fil-Formula 1, minħabba li Haas aktar kmieni kkonfermaw li se jibdlu s-sewwieqa ftit qabel tmiem l-ewwel dawra Grosejan kellu impatt ma’ karozza oħra fejn tilef il-kontroll u ħabat mal-barrikati b’konsegwenza li l-karozza tiegħu ħadet in-nar b’postu fi tmiem din il-ġimgħa se jkun qed jimtela’ mis-sewwieq riserva ta’ Haas Pietro Fittipaldi.

Mick Schumacher se jsuq għal Haas fl-istaġun li ġej

It-tifel tal-leġġenda tal-Formula 1 Michael Schumacher, Mick Schumacher se jkun qiegħed isuq għal Haas fl-istaġun li ġej fil-Formula 1. Schuamcher li għad għandu 21 sena bħalissa jinsab fuq quddiem nett fil-klassifika tas-sewwieqa tal-Formula 2 fejn irnexxielu jtemm għaxar darbiet fuq il-podju. Haas ħabbru wkoll li flimkien ma’ Schumacher fit-tim, fl-istaġun li ġej se jkun qiegħed jingħaqad ukoll Nikita Mazepin li se jkunu qed jieħdu post Romain Grosjean u Kevin Magnussen