Internazzjonali

Hong Kong: Ħabs għal attivisti favur id-demokrazija

Tliet attivisti prominenti favur id-demokrazija u d-drittijiet umani ngħataw sentenzi ta’ ħabs għas-sehem tagħhom fi protesti tal-massa li seħħew f’Hong Kong, matul is-sena li għaddiet.

It-tlieta – Joshua Wong, Agnes Chow u Ivan Lam – instabu ħatja dwar ‘l-organizzazzjoni popolari  — u illegali — fuq livell ta’ massa’. Intant, l-attivisti frankaw sentenza potenzjali ta’ ħabs għal għomorhom għaliex ‘ir-reat’ sar qabel laħaq daħlet fis-seħħ liġi li tipprojbixxi dawn il-protesti.

Il-moviment favur id-demokrazija f’Hong Kong – reġjun amministrattiv speċjali taċ-Ċina —  ilu ma jsemma leħnu mindu l-awtoritajiet komunisti f’Beijing introduċew liġi tas-sigurtà kontroversjali li tesiġi pieni ta’ ħabs mill-aktar ħorox. Intant, Joshua Wong weħel 13-il sena u nofs priġunerija, b’Chow u Lam jeħlu l-ħabs għal għaxra u seba’ xhur, rispettivament.