Futbol Sport

Id-destin ta’ Manchester United ikun magħruf fl-aħħar partita tal-grupp

(Ritratt: EPA)

PSG għelbu lil Manchester United 3-1 fi Grupp H biex aċċertaw mill-kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss. NEYMAR fetaħ l-iskor għall-Franċiżi wara tmien minuti fejn ireaġixxa għax-xutt imblokkat ta’ Mbappe. MARCUS RASHFORD ġab id-draw fit-32 minuta meta x-xutt tiegħu kien devjat għal wara Navas. PSG reġgħu marru fil-vantaġġ fid-69 minuta permezz ta’ MARQUINHOS qabel ma’ FRED tkeċċa għal Manchester United wara li rċieva t-tieni karta safra. PSG aċċertaw mill-kwalifikazzjoni fl-aħħar minuti meta minn kotrattakk veloċi kien NEYMAR li kkonkluda mill-viċin

Mill-istess grupp, RB Leipzig kisbu rebħa ta’ 4-3 barra minn darhom għand Istanbul Basaksehir. YUSSUF POULSEN fetaħ l-iskor għal Leipzig wara 26 minuta b’NORDI MUKIELE jirdoppja żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. IRFAN KAHVECI naqqas l-iskor għal Basaksehir fil-ħin addizzjonali fi tmiem l-ewwel taqsima. Leipzig reġgħu fetħu vantaġġ doppju fis-66 minuta permezz ta’ DANIEL OLMO, b’ KAHVECI jagħmilhom 3-2. L-istess plejer skorja t-tielet gowl personali u t-tielet wieħed għal Basaksehir biex ġab l-iskor indaqs. Fil-ħin addizzjonali fi tmiem it-tieni taqsima ALEXANDER SOERLOTH skorja l-gowl tar-rebħa għal Leipzig biex żamm it-tamiet tat-tim tiegħu ħajjin li jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss.

Fi Grupp G, Juventus kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq Dynamo Kyiv. FEDERICO CHIESA fetaħ l-iskor fil-21 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras fuq cross ta’ Alex Sandro. CRISTIANO RONALDO rdoppja fis-57 minuta permezz ta’ konklużjoni mill-viċin. Juventus skorjaw t-tielet gowl fis-70 minuta permezz ta’ ALVARO MORATA.

Fil-Puskas Arena, Barcelona kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Ferencvaros u baqgħu b’punti massimi fl-istess grupp. ANTOINE GRIEZMANN fetaħ l-iskor wara kwarta logħob filwaqt li MARTIN BRAITHWAITE rdoppja seba’ minuti wara. Fit-28 minuta Barcelona kienu diġa għalqu l-konfront meta OUSMANE DEMBELE għamilhom 3-0 permezz ta’ penalty.

Borussia Dormtund kwalifikaw għall-fażi li jmiss meta fi Grupp F temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Lazio.RAPHAEL GUERREIRO fetaħ l-iskor minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima wara li rċieva mingħand Hazard. Lazio ġabu d-draw fis-67 mintua permezz ta’ penalty ta’ CIRO IMMOBILE.

Clubb Brugge aċċertaw minn post fil-UEFA Europa League u għadhom b’ċans li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss fiċ-Champions League wara li għelbu lil Zenit 3-0 CHARLES DE KETELAERE fetaħ l-iskor fit-33 minuta meta aprofitta minn żball fid-difiża. Clubb Brugge rdoppja fit-58 minuta permezz ta’ penalty ta’ HANS VANAKEN. NOA LANG skorja t-tielet gowl għal Brugge fit-73 minuta.

Minn Grupp E Chelsea kisbu rebħa ta’ 4-0 barra minn darhom għand Sevilla. OLIVIER GIROUD fetaħ l-iskor wara biss tmien minut b’konklużjoni tajba fuq pass ta’ Havertz. L-istess GIROUD irdoppja fl-54 minuta meta qabbeż minfuq il-gowlkiper wara pass ta’ Kovacic. L-attakkant Franċiż skorja t-tielet gowl personali u t-tielet wieħed għal Chelsea permezz ta’ daqqa ta’ ras fl-74 minuta bl-istess plejer jagħmilhom 4-0 minn penalty disa’ minuta wara.

Krasnodar għelbu lil Rennes 1-0 biex ħallew it-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League ħajjin. Il-gowl deċiżiv wasal fil-71 minuta permezz ta’ MARCUS BERG.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Ilbieraħ: Grupp E
: Krasnodar v Rennes 1-0, Sevilla v Chelsea 0-4 Grupp F: B. Dortmund v Lazio 1-1, C. Brugge v Zenit 3-0 Grupp G: Ferencvaros v Barcelona 0-3, Juventus v D. Kyiv 3-0 Grupp H: I.Basaksehir v RB Leipzig 3-4, Man Utd v PSG 1-3