Sport Sport Ieħor

Il-Ġappun mistenni jħalli masses ta’ nies jattendu l-Olimpjadi ta’ Tokjo

(Ritratt: EPA)

Wara li ġew posposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus fis-sajf li għadda, tkomplew it-tħejjijiet għall-Olimpjadi ta’ Tokjo li se jsiru fis-sajf li ġej.

Wieħed mir-rivisiti ewlenin fil-Ġappun qal li l-pajjiż se jkun qiegħed iħalli masses kbar ta’ nies jattendu l-Olimpjadi mingħajr obbligu li jkunu ħadu l-vaċċin jew li joqogħdu fi kwarantina. Is-CEO tal-Kumitat Organizzativ tal-Olimpjadi Toshiro Muto qal li l-miżuri li jridu isegwu dawk li se jkunu qed jattendu għall-Olimpjadi se jkunu qed jiġu mħabbra fl-istaġun tar-rebbiegħa.

Jidher li dawk li se jkunu qed jattendu se jkunu obbligati iżda li jipprovdu test negattiv tal-coronavirus kif ukoll iniżżlu fuq il-mowbajl tagħhom apps relatati mat-twaqqif tal-pandemija. L-użu tal-maskri se jkunu obbligatorju kif ukoll li tinżamm id-distanza soċjali.

Il-parteċipanti se jkunu ttestjati b’mod regolari

Diversi rapporti fil-Ġappun qed jindikaw li l-atleti u l-parteċipanti tal-Olimpjadi se jkunu qed jiġu ttestjati għall-coronavirus kull ebra’ t’ijiem bl-għan li jitnaqqas kull forma ta’ riskju li xi atleta jkun pożittiv u jiħallat ma’ atleti oħra.