Lokali Parlament

Il-politika ma tistax tarmi lill-bniedem

Arkivji

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo enfażizza l-importanza tal-ugwaljanza fissoċjetà u sostna li l-ugwaljanza tista’ sseħħ biss meta l-politika ma tarmix lill-bniedem.

Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo rrifera għal dikjarazzjonijiet li għamlet fil-konfront tiegħu s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar u ċaħad li hu qatt attakka lill-persuni LGBTIQ u sostna li huma jikkundanna politika li jimponi uniformità iżda qatt ma kkundanna jew qal kliem oxxen fil-konfront ta’ persuni LGBTIQ.

Hu qal li hu mhux se jimponi l-pożizzjoni tiegħu kif għamlet Rosianne Cutajar u sostna li riċerka medika turi li l-morning after pill ista’ tkun abortiva.

Dawn huma rapporti tax-xjenza, sostna Edwin Vassallo, li enfażizza li l-ħajja tibda’ mal-konċepiment u għalhekk iridu jittieħdu l-prekawzjonijiet qabel isiru d-dikjarazzjonijiet bħal dawk ta’ Rosianne Cutajar.

Edwin Vassallo qal jeżistu mentalitajiet differenti dar meta tibda l-ħajja u sostna li hu jiddefendi t-teżi li l-ħajja tibda mal-konċepiment iżda hemm ħsieb ieħor li jgħid li l-ħajja tibda ġimgħatejn wara l-konċepiment; dan hu ħsieb ta’ mediċi Amerikani li jridu jissodisfaw is-suq.

Fil-liġi Maltija l-ħajja hi protetta mill-konċepiment, sostna Edwin Vssallo, li r-riċerka turi li l-morning after pill tista’ tkun abortiva. Hu qal li Rosianne Cutajar trid li kull spiżerija f’Malta tbigħ din il-pillola u sostna li is-Segretearju Parlamentari għall-Ugwljanza jrid ikollha rispett anki lejn min ma jaqbilx magħha u ma tipprovax timponi l-pożizzjoni tagħha fuq numru ta’ spiċjara li sjwgu l-kuxjenza tagħhom. Dawn l-ispiżjara kitbu lill-President ta’ Malta fuq il-ħtieġa li jkun hawn liġijiet li jirrispettaw il-kuxjenza.

Edwin Vassallo qal li hu qed jitkellem bil-fatti u bix-xjenza u sostna li hu jimpurtah mill-fidi daqs kemm jimpurtah mix-xjenza biex b’hekk ikun risptettat il-bniedem.