Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Ir-Renju Unit japprova l-użu tal-vaċċin Pfizer

Il-vaċċin mistenni jibda jingħata fi ftit jiem

L-awtoritajiet tas-Saħħa Brittaniċi approvaw l-użu tal-vaċċin għal kontra l-coronavirus, Pfizer.

Ir-Renju Unit diġà ordna madwar 40 miljun doża, biżżejjed biex jitlaqqmu 20 miljun persuna, b’żewġ dożi għal kull min joħodha.

Madwar 10 miljun doża għandhom ikunu disponibbli dalwaqt.

Dan huwa l-aktar vaċċin li qatt ġie kreat, hekk kif ġie żviluppat biss f’għaxar xhur, fejn is-soltu vaċċin bħal dan jieħu madwar għaxar snin biex jiġi żviluppat.

Għalkemm it-tilqim jista’ jibda minnufih, in-nies xorta jridu jibqgħu viġilanti u jsegwu l-miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex jitnaqqas it-tixrid ta’ dan il-virus.