Internazzjonali

Ir-Russja: Arrestat is-serial killer tan-nisa anzjani

epa08617581 Russian police cars depart to flank the transportation Alexei Navalny from an emergency care hospital to an airport, in Omsk, Russia, 22 August 2020. Opposition leader Alexei Navalny was placed in the hospital after he fell ill on board a plane on his way from Tomsk to Moscow. The flight was interrupted and after landing in Omsk the opposition activist Alexei Navalny was delivered to the hospital with a suspicion of toxic poisoning. His treatment will be continued in German clinic Charirite after demands of his relatives. EPA/MAXIM KARMAYEV

L-investigaturi fir-Russja arrestaw raġel li hu suspettat dwar il-qtil ta’ mill-anqas 26 nisa anzjani fiz-zoni lejn iċ-ċentru tal-pajjiż, bejn l-2011 u l-2012. Il-qattiel – li kien anki jisraq lill-vittmi tiegħu – issemma bħala Radik Tagirov u meta nqabad, instab li hu, snin ilu, kien ingħata kundanna mill-qorti dwar serq.

Issa, isem Tagirov – imlaqqam ‘il-Manjaku tal-Volga’ – qed ikun marbut mal-omiċidji li twettqu fir-reġjuni maġenb ix-Xmara Volga.

Kelliema għall-Pulizija, intant, qalu li s-suspettat jinsab għaddej minn interrogazzjoni fit-tul u fejn hu ipprovda ‘informazzjoni siewja għall-investigazzjoni.’

L-arrest tiegħu sar possibbli b’riżultat ta’ riċerka forensika u analiżi bioloġika li indikaw li l-atti kriminali kontra n-nisa twettqu minn ‘individwu’. L-investigaturi qed jallegaw li Tagirov, residenti f’Kazan, kien jippoża bħala ħaddiem tal-manutenzjoni biex jidħol fid-dar tan-nisa anzjani u fejn, imbagħad, kien jispiċċa jgħallaqhom u jisraqhom.