Futbol Sport

L-MFA se tkun qed tniedi l-istrateġija tagħha għall-futur f’nofs Jannar

F’nofs Jannar li ġej l-MFA se tlun qed tniedi l-istrateġija tagħha għall-erba’ snin li ġejjin hekk kif il-ħidma tal-amministrazzjoni taħt it-tmexxija tal-President Bjorn Vassallo fuq dan il-proġett issa wasslet fi stadju avvanzat.

Kif wiegħed fil-manifest tiegħu qabel l-elezzjoni għall-Presidenza, Bjorn Vassallo ħabbar pjan u strateġija mibnija fuq tliet proġetti; dak tekniku, tal-governanza u tal-infrastruttura.

Id-dettalji dwar id-diskussjonijiet u l-preparamenti tħabbru waqt laqgħa onlajn tal-Kunsill. Il-pilastri prinċipali ta’ din l-istrateġija se jkunu dak li nkomplu nikbru u niżviluppaw kemm fil-grawnd u kemm barra l-grawnd, li l-logħba tagħna trid tkun aktar attraenti billi jsir titjieb fil-kompetizzjonijiet kollha, komunikazzjoni aħjar u kummerċjalizzazzjoni tal-proġetti u l-attivitajiet tal-MFA billi jitwaqqaf tim ġdid responsabbli mill-kontentut Dipitali.

Irid isir ukoll titjieb fil-governanza u t-tmexxija bit-tisħiħ fil-qafas regolatorju filwaqt li jkun assigurat li jkun hemm rappreżentanza ugwali fl-istituzzjonijiet li se jkunu qed jieħdu d-deċiżjonijiet. L-aħħar pilastru u dak tal-edukazzjoni fejn l-MFA se tkun qed tippromovi kif ukoll teduka dwar l-impatt pożittiv tal-logħba tal-futbol kif ukoll isaħħaħ ir-relazzjoni tagħha ma’ Għaqdiet mhux Governattivi.

Is-suċċess ta’ dan il-pjan se jkun ikkalkulat fuq dawn il-kriterji; irid ikun hemm minn tal-inqas sitt plejers li jkunu telgħu mill-grassroots li qed jilgħabu f’kampjonati madwar l-Ewropa, ċentru nazzjonali ġdid tal-futbol, tiżdied il-parteċipazzjoni fil-grassroots bi 15%, l-istrutturi governattivi jkunu aġġornati u jitwaqqaf statut ġdid, ristrutturar fil-klabbs ewlenin, tisħiħ fir-relazzjonijiet kummerċjali u li sal-2024 pajjiżna jkun ospità wieħed mit-turnaments tal-UEFA/ FIFA.