Sport Sport Ieħor

Nicholas Muscat u Melissa Swift rebbieħa tal-Platinum Cup

Il-Platinum Cup ta’ din is-sena rat 45 plejer (30 irġiel u 15-il mara) jieħdu sehem fit-12-il logħba ta’ kwalifikazzjoni li raw kompetizzjoni missielta ħafna kemm fil-kategoriji femminili kif ukoll maskili.

Fil-finali tal-irġiel, Nicholas Muscat għeleb lil Mauro Anastasi fejn wara li fl-ewwel logħba Muscat rebaħ 246-207, fit-tieni logħba u dik deċiżiva, Muscat għal darb’oħra għeleb lil Anastasi 201-187 biex b’hekk sar l-iżgħar bowler li qatt rebaħ it-tazza Platinum.

Fil-kategorija femminili, Melissa Swift wasslet sal-finali fejn lagħbet kontra Cynthia Frendo Duca fejn wara li rebħet l-ewwel konfront 213-170, Swift minkejja l-pressjoni tal-partita żammet kalma u għelbet lil Frendo Duca b’għaxar pins biex bħal Muscat rebħet it-tazza Platinuma għall-ewwel darba fil-karriera tagħha.