Lokali

Santa Klaws idur f’San Pawl il-Baħar… b’karozza klassika!

Ma jistax jonqos il-qattusa li għenitu jżejjen

Karozza klassika mżejna minn barra u minn ġewwa b’dawl iteptep u dekorazzjonijiet oħra tal-Milied ħalliet għadd ta’ persuni bi tbissima liema bħalha hekk kif għaddiet madwar it-toroq ta’ San Pawl il-Baħar u l-madwar!

Hekk kif wasal iż-żmien tant mistenni minn ħafna… żmien il-Milied, dilettant tal-karozzi, David Borg ħass li għandu jagħmel xi ħaġa speċjali billi jferraħ lin-nies f’dan iż-żmien tant diffiċli.

Barra d-dekorazzjonijiet li saru fuq il-karozza, fuq wara tagħha tpoġġa raġel taċ-ċarruta liebes ta’ Santa Klaws.

U waqt li beda jżejjen il-karozza tant għal qalbu, ma jistax jonqos li l-qattusa tiegħu kienet preżenti tosserva dak li kien qed jagħmel sidha.

Segwi hawn il-filmat ta’ preparazzjoni u dekorazzjoni tal-karozza klassika:

https://www.facebook.com/david.borg.33/videos/4258101784205996