Lokali

Sewwieq tal-mutur iweġġa’ gravi wara inċident f’Birżebbuġa

Ritratt mill-Arkivji

Raġel weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq f’Birżebbuġa.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fit-7.45pm tal-bieraħ fi Triq Ħal Far. Kollox qed jindika li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.

Ir-raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Balzan ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post. Hu mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Hu hemmhekk ġie ċċertifikat li ndarab gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.