Lokali

Żewġ nisa jintlaqtu minn vettura f’Santa Venera – waħda feruta gravi

Żewġ nisa ta’ 55 u 59 sena li joqogħdu l-Ħamrun ilbieraħ ittieħdu għal kura fl-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtu minn vettura f’Santa Venera.

Il-Pulizija permezz ta’ stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp għall-ħabta tat-3.15 ta’ waranofsinhar. S’issa rriżulta li l-vittmi ntlaqtu minn vettura Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 33 sena li joqgħod il-Ħamrun.

Iż-żewġ nisa ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdu b’ambulanza l-isptar.

Il-mara ta’ 55 sena ġiet iċċertifikata li għandha feriti gravi filwaqt li l-mara ta’ 59 sena għandha feriti ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.