Futbol Sport

Andrew Cohen se jirtira fi tmiem l-istaġun

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-midfielder veteran ta’ Gżira United Andrew Cohen ħabbar li se jirtira fi tmiem l-istaġun u mistenni jiffoka fuq l-karriera tiegħu bħala kowċ.

Dan ħabbru waqt intervistà li saret fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Gżira United fejn qal li qed jippjana li jirtira fi tmiem l-istaġun iżda għandu xewqa waħda qabel ma jagħmel dan.

“Ix-xewqa tiegħi hi li ngħin lil Gżira jirbħu tazza dan l-istaġun,” qal Cohen. Hu kompla jgħid li dan ikun l-aħjar mod possibli li hu jtemm il-karriera tiegħu bħala plejer.

Waqt l-istess intervistà, Cohen irringrazzja b’mod speċjali lil Darren Abdilla li għenu billi involvieh fit-tim tekniku ta’ Gżira kif ukoll lil Jesmond Zerafa, Paul Zammit u Giovanni Tedesco li wkoll.

Andrew Cohen s’issa lagħab 502 partiti matul il-karriera tiegħu, b’406 partita jkunu ma’ Hibernians filwaqt li s’issa lagħab 84 partita ma’ Gżira United. Cohen lagħab ukoll 68 darba mat-tim nazzjonali Malti.

Ma’ Hibernians, Cohen rebaħ tliet darbiet il-Kampjonat Premier u erba’ darbiet l-FA Trophy kif ukoll darba s-Super Cup. Fuq bażi personali, Cohen rebaħ erba’ darbiet il-Plejer tas-Sena tal-MFA bl-aħħar darba li rebaħ dan l-unur ikun fl-istaġun 2017/18 fl-età ta’ 36 sena.