Internazzjonali

Covid-19: Il-provvista u t-trasport tal-vaċċin fil-mira ta’ hackers

L-International Machines Business Corporation – jew IBM – wissa li s-sistema li tippermetti għall-provvista tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 spiċċat mira ta’ aġenti involuti fl-ispjunaġġ ċibernetiku.

Il-kumpanija qed tosserva kampanja ta’ hacking li qed tikkonċentra fuq il-mezzi li jżommu lill-vaċċini f’temperaturi ta’ friża adatti waqt it-trasportazzjoni għalkemm għalissa mhix magħrufa l-identità tan-nies jew l-entitajiet responsabbli.

Fl-istess ħin, l-IBM qed tgħid li s-sistema tal-hacking sosfistikata f’din is-sitwazzjoni tindika li hemm warajha r-riżorsi ta’ pajjiż jew ta’ pajjiżi partikulari.

L-iżvilupp isegwi t-twissijiet mingħand numru ta’ Gvernijiet fir-rigward ta’ pajjiżi li qed jippruvaw jisirqu aspetti tar-riċerka għall-vaċċin kontra l-Covid.