Lokali

Id-derby bejn Valletta u Floriana l-Ħadd li ġej

Il-ġurnata tant mistennija waslet. Nhar il-Ħadd li ġej, waħda mill-aktar logħbiet mistennija fil-Kalendarju tal-Futbol Malti, dik bejn Valletta u Floriana ser terġa’ tkun magħna. Lesti biex flimkien magħna t’ ejjaBET.com tassistu għal derby mill-aktar interessanti speċjalment fid-dawl ta’ dak li ġara fi tmiem l-istaġun li għadda u l-kontroversja li kienet tinvolvi lil dawn iż-żewġ timijiet?

Sew Valletta u sew Floriana attwalment ġejjin minn telfa ta’ 0-2 kontra Tarxien Rainbows u Mosta rispettivament. It-telfa tal-Belt kellha wkoll konsegwenzi oħra hekk kif Jesmond Zerafa ta r-riżenja tiegħu minn kowċ u ser ikun Gilbert Agius li temporanjament ser jieħu t-tmexxija tat-tim Belti għal-logħba tal-Ħadd. Taħsbu li Agius ser jirnexxielu jimmotiva biżżejjed lill-Valletta? Temmnu li t-tant maħbub Gilbert Agius ser jirnexxielu proprju minn dan id-derby jibda jirranġa s-sitwazzjoni fi ħdan tim, li s-seba’ post attwali fil-klassiifka huwa inaċċettabbli għall-ambjent kollu Belti?

U xi ngħidu fuq Floriana? Veru s-sena li għaddiet rebħu l-Kampjonat, iżda lil Valletta, l-Greens ma rebħulhomx logħba waħda. Din id-darba l-mużika ser tinbidel? Kapaċi Floriana juru li huma verament Champions billi jegħlbu lill-akbar rivali tagħħom u jaqtgħu lill-istess Valletta fil-klassifika hekk kif attwalment iż-żewġ timijiet għandhom tlettax -il punt.

Tajjeb ngħidu li mill-istaġun 2011-12 -l hawn, Floriana rebħu biss tlieta mis-sitta u għoxrin konfront li ntlagħbu bejn dawn iż-żewġ timijiet. Matulhom, Valletta saħansitra għamlu ħames snin, bejn is-17 ta’ Ġunju 2011 u t-23 ta’ Jannar 2016 ma jitilfux mqar derby wieħed fejn saħansitra l-Beltin rebħu tnax -il derby konsekuttiv fil-kompetizzjonijiet kollha.

Bilħaqq, aħna t’ ejjaBET.com ser inkunu qed noffru l-aqwa kwoti fuq din il-logħba matul dan it-tmiem il-ġimgħa. Għaldaqstant inħeġġukom biex tingħaqdu magħna u tittantaw xortikom mal-aqwa kumpanija tal-imħatri li hawn fil-pajjiż. Bilħaqq, tinsewx tilgħabu b’ mod responsabbli. Min taħsbu li ser jirbaħ il-konfront tant mistenni ta’ nhar il-Ħadd li ġej? Il-Valletta? Jew iċ-Champions Floriana?