Lokali

Id-Dwana taqbad b’aktar minn mitt miljun fi drogi f’ħames snin

Bejn l-2015 u Ottubru tal-2020, id-Dwana ta’ Malta qabdet aktar minn 17,500 kg droga b’valur fit-triq ta’ €110,200,000.

Il-qabdiet kienu jinkludu kwantitatjiet kbar ta’ kokaina, reżina tal-kannabis u eroina li ħafna drabi nqabdu waqt trasportazzjoni bil-baħar f’kontejners.

Din it-tip ta’ trasportazzjoni tqajjem tħassib dwar infiltrazzjoni ta’ klikek kriminali fil-katina tal-provvista u fir-rotot tat-trapsort u l-portijiet.

F’dawn il-ħames snin, id-Dwana qabdet 16,385kg kannabis, 1,142kg kokaina, 5.4kg khat, 2.6kg droga sintetika, 2.4kg eroina u 404 pillola ectasy b’valur total ta’ aktar minn mitt miljun ewro.