Coronavirus Futbol Sport

Il-Premier League b’pakkett finanzjarju ta’ €276 miljun f’għajnuna lill-EFL

Il-Premier League laħaq ftehim dwar pakkett finanzjarju ta’ €276 miljun f’għajnuna li se tingħata lill-EFL.

Il-Premier League mistenni jgħin lil-League One u League Two billi jagħtihom is-somma ta’ €55 miljun filwaqt li ntlaħaq ftehim ukoll ta’ €210 miljun maċ-Championship fi skema ta’ self b’xejn.

Din l-għajnuna se tkun qed tingħata sabiex jitaffa xi ftit il-piż finanzjarju fuq il-klabbs li jinsabu fid-diviżjonijiet tal-EFL kawża tal-pandemija tal-coronavirus.