Ekonomija Lokali

Il-unions jitolbu spjegazzjoni dwar il-leave

Tkompli l-kontroversja dwar is-suppost ġurnata leave li kellha tiżdied mis-sena d-dieħla. Dan hekk kif fid-diskors tal-Budget, l-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li se tiżdied ġurnata leave iżda skont id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi, din il-ġurnata m’hi se tiżdied xejn.

Waqt diskussjoni fil-programm Net Live fuq Net TV, żewġ unions ewlenin ikkonfermaw li hemm din il-konfużjoni.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li l-Union diġa’ talbet spjegazzjoni lill-Ministru responsabbli Carmelo Abela …u spjega li l-union se tqajjem din il-kwistjoni fil-laqgħa li jmiss tal-MCESD.

Josef Bugeja qal li d-diskors fil-Budget kien ċar li għandha tiżdied ġurnata leave. Iżda jekk hix marbuta mal-festi li jaqgħu fil-weekend jew le ….għadu mhux iċċarat. Hu qal li jekk din hi marbuta mal-festi pubbliċi, allura sar żball u l-ġurnata mhux se tingħata, iżda jekk il-ġurnata hi parti minn wegħda separata mil-festi, din għandha tingħata.

Min-naħa tiegħu, Mario Sacco, Assistent Direttur fil-UĦM Voice of the Workers, qal li l-konfużjoni mhix biss fost employers fis-settur privat, iżda anki fil-Ministeri infushom.

Kien Net News li żvela din id-diskrepanza u l-PM Robert Abela l-ewwel ipprova igiddeb lil dan l-istazzjon iżda imbagħad kellu jgħid xort’oħra