Futbol Sport

Illejla tintlagħab il-ħames ġurnata tal-UEFA Europa League

(Ritratt: EPA)

Illejla tintlagħab il-ħames ġurnata tal-UEFA Europa League fejn għadd ta’ timijiet jistgħu jagħmluha għall-fażi li jmiss.

Milan jilqgħu lil Celtic f’partita minn Grupp H fejn rebħa għal Milan u draw fil-konfront l-ieħor bejn Lille u Sparta Prague tfisser li Milan jikkwalifikaw.

Min Grupp B Arsenal li diġa kwalifikaw jilgħabu kontra Rapid Wien filwaqt li Molde jilgħabu kontra Dundalk.

Roma jilgħabu barra minn darhom kontra Cluj f’partita minn Grupp A, b’Roma diġa kwalifikat filwaqt li l-partita l-oħra tkun dik bejn CSKA Sofia u Young Boys.

Napoli jistgħu jikkwalifika b’rebħa kontra AZ Alkmaar filwaqt li mill-istess grupp jilgħabu ukoll Real Sociedad kontra Rijeka.

Fi Grupp J, Tottenham jistgħu jikkwalifikaw jekk jegħlbu lil LASK filwaqt li mill-istess grupp Royal Antwerp jilgħabu kontra Ludogorets.

UEFA EUROPA LEAGUE
Illum: Gent v S. Liberec 6.55pm, C. Zvezda v Hoffenheim 6.55pm, Feynoord v D. Zagreb 6.55pm, CSKA M. v Wolfsberger 6.55pm, R. Antwerp v Ludogorets 6.55pm ,LASK v Tottenham 6.55pm, Svissapor v Villareal 6.55pm, Qarabag v M. Tel Aviv 6.55pm, Lille v Sp. Prague 6.55pm, Milan v Celtic 6.55pm, Zorya v Leicester 6.55pm, AEK v Braga 6.55pm, R. Sociedad v Rijeka 9.00pm, AZ v Napoli 9.00pm, O. Nicosia v PAOK 9.00pm, Granada v PSV 9.00pm, Rangers v S. Liege 9.00pm, Benfica v L. Poznan 9.00pm, Sl. Prague v Hapoel 9.00pm, Nice v B. L’kusen 9.00pm, Molde v Dundalk 9.00pm, Arsenal v R. Wien 9.00pm, Cluj v CSKA Sofia 9.00pm, Roma v Y. Boys 9.00pm