Lokali Saħħa

Imfakkar il-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabbiltà

Illum il-Ħamis 3 ta’ Diċembru huwa l-Jum Internazzjonali għal Persuni b’Diżabbiltà.

Il-Kummissjoni Maltija għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà għażlet it-tema magħżula mill-Ġnus Magħquda għal din is-sena: Not all disabilities are visible bil-għan li titqajjem iżjed kuxjenza dwar diżabbiltajiet li mhumiex daqshekk viżibbli.

Dawn jinkludu kundizzjonjiet bħal ADHD, l-awtiżmu, fibromyalgia, u problemi newroloġiċi fost l-oħrajn.  

L-aħħar riċerka turi li hawn madwar 35,000 persuna b’diżabbiltà fejn 20,620 huma rreġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.