Internazzjonali

Imut l-eks President Franċiz Valery Giscard

L-eks President Franċiż Valery Giscard d’Estaing miet fl-età ta’ 94 sena wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Giscard kien mexxa l-pajjiż bejn l-1974 u l-1981 u ħadem qatigħ għall-integrazzjoni tal-Ewropa.

Hu miet f’daru fir-reġjun ta’ Loir-et-Cher wara li kien għamel xi żmien rikoverat fi sptar f’Tours.

Il-kundizzjoni tiegħu iddeterjorat wara li żviluppa kumplikazzjonijiet kawża tal-virus, u kellu jiddaħħal l-isptar darbtejn fl-aħħar ġimgħat.

Giscard kien strumentali biex issejset l-Ewropa magħquda kif nafuha llum kif ukoll witta’ t-triq għad-dħul ta’ munita komuni fil-bloc flimkien mal-Kanċillier Ġermaniż Helmut Kohl, li kien qrib ferm tiegħu.