Coronavirus Lokali Saħħa

Imutu żewġt irġiel oħra bil-Covid-19

Il-vittmi f'pajjiżna jitilgħu għal 148

Il-Gvern ħabbar li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. 

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 64 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-25 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni. B’hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.