Lokali Qorti

L-MEIA tgħid li sentenza mogħtija fil-konfront tal-attriċi Pia Zammit ħoloq preċedent perikoluż

Il-Malta Entertainment Insdustry and Arts Association (MEIA) hija mħassba ħafna bis-sentenza dwar il-każ ta’ libell imressaq mill-attriċi Pia Zammit kontra il-ġurnal “It-Torċa”.

L-Assoċjazzjoni qalet li jekk il-qrati ma jistgħux jiddifferenzjaw bejn l-artista u l-karattri li toħloq, allura llum stabbilixxejna preċendent serju u perikoluż li jhedded ix-xogħol tal-artist u l-libertà tal-espressjoni kreattiva.

“Aħna nesprimu s-solidarjetà tagħna ma’ Pia Zammit. Meta waħda minna ma tkunx protetta, allura ħadd minna ma huwa protett,” qalu l-artisiti. L-MEIA qalet li fid-dawl ta’ dan kollu se tieħu l-passi kollha biex tipproteġi d-drittijiet tal-artist Malti.

Dan kollu seħħ wara li l-attriċi Maltija u l-attivista ta’ #OccupyJustice, Pia Zammit, tilfet kawża ta’ libell fuq storja fil-paġna ta’ quddiem ippubblikata minn it-Torca s-sena l-oħra, li torbotha man-Nażiżmu.

L-istorja kienet ibbażata fuq ritratt ta’ Zammit liebsa kostum tan-Nażisti, meħud fil-backstage waqt il-provi għal produzzjoni teatrali tal-kummiedja tal-gwerra ‘Allo ’Allo”, kummiedja popolari tal-BBC tas-snin 70, imtella’ fit-Teatru Manoel lura fl-2009.

L-attriċi kellha r-rwol li taħdem il-parti ta’ Michelle Dubois, membru tar-Reżistenza Franċiża, involuta biex tfixkel n-Nażisti u tkun tarka tas-salvazzjoni tal-poplu Franċiż.

“Imkien ma kont imsejjħa bħala attriċi. Kont fuq il-paġna ta ’quddiem. Ir-ritratt tiegħi biss,” kienet xehedet Zammit waqt il-proċeduri tal-Qorti ppreżentati kontra Victor Vella, l-editur tal-gazzetta.

“Li tissejjaħ Nażista kien l-agħar insult,” kienet spjegat Zammit. L-avukat tagħha, Joseph Zammit Maempel, kien argumenta li l-editur, “kien jaf biha u kien jaf dwar ir-rwol ta’ Pia Zammit fid-dramm,” u madankollu, kien ippubblika tixrid ta’ żewġ paġni fejn sostna li li tippoża fil-kostumi Nazisti kienet disgustanti, offensiva. u mhux sensittiva.

Min-naħa l-oħra, Aron Mifsud Bonnici, l-avukat tal-ġurnal, kien qal li l-editur kellu dritt jesprimi nuqqas ta’ qbil dwar ir-ritratt tal-attriċi bl-użu tas-simbolu Nażista, li kien qed idur il-midja soċjali.

“Il-kontroversja tinsab fil-fatt li tieħu gost min-Nażiżmu,” sostna Mifsud Bonnici, u żied jgħid li ma kien l-ebda “ritratt sinċier” iżda wieħed li fih l-attriċi kienet qed tippoża bil-kostumi tan-Nażisti.

Meta ngħatat is-sentenza il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, bdiet billi osservat li l-azzjoni kienet ġiet ippreżentata taħt l-Att dwar il-Midja u l-Malafama u l-Att dwar l-Istampa tal-2018.

Il-liġi l-ġdida, immudellata fuq l-Att ta’ Difamazzjoni tar-Renju Unit, kienet introduċiet kunċetti ġodda, inkluż il-kriterju ta’ ‘ħsara serja’ li stabbilixxa limitu ferm ogħla u oneruż għal applikant biex jitlob malafama b’suċċess.

Kellu jiġi ppruvat li l-pubblikazzjoni allegatament libelluża affettwat l-attitudni ta’ oħrajn lejn il-persuna li qed titlob il-malafama, b’tali mod li tagħmel ħsara serja lir-reputazzjoni tagħha. Ir-ritratt innifsu, li qajjem il-kontroversja kollha, ma żvela l-ebda rabta mal-prestazzjoni ta ‘Allo Allo’, qalet il-Qorti.