Basketball Sport

LeBron James mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ LA Lakers

LeBron James mistenni jġedded l-esperjenza tiegħu ma’ LA Lakers hekk kif jinsab qrib li jilħaq ftehim dwar kuntratt ġdid ta’ sentejn li se jiswa’ $85 miljun.

Il-kuntratt ta’ James se jkun qed jintemm fl-istess sena li t-tifel tiegħu Bronny jkun eliġibbli li jilgħab fl-NBA b’James sa dak iż-żmien ikun stamt li qala’ qrib l-$435 miljun.

L-istilla l-ieħor ta’ LA Lakers Anthony Davis ukoll jinsab qrib li jilħaq ftehim dwar kuntratt ġdid. Davis mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin li se jkun jiswa $190 miljun.

James u Davis kienu protagonisti dan l-istaġun sabiex Lakers rebħu l-ewwel titlu NBA f’għaxar snin f’Ottubru li għadda, b’James isir l-ewwel plejer li rnexxielu jirbaħ t-titlu NBA ma tliet timijiet differenti.