Lokali

Maħtur il-Kumitat il-ġdid tal-APAN

Fl-ewwel laqgħa tal-APAN li nżammet fit-2 ta’ Diċembru wara l-laqgħa ġenerali tas-26 ta’ Novembru li għadda, John Mizzi nħatar bħala President tal-APAN.

Fil-karigi l-oħra nħatru:
Viċi President – Paul Caruana
Segretarju – Remigio Bartolo
Teżorier – Maria Stella Farrugia (Etoile)
Segretarju Internazzjonali – Mario Schiavone
Segretarju Informazzjoni – Joe Zahra

Il-membri l-oħrajn li jiffurmaw il-Kumitat Eżekuttiv huma: Nazju Abela, Carmelo Azzopardi, Joseph Mary Fenech; Anna Marie Giacchino, Mary Mangion, Mary Rose Mifsud, Godfrey Salerno, Alfred Scerrri u John Stanicic.

Joe Mizzi u Anna Marie Giacchino huma r-rappreżentanti tal-APAN fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Ir-rappreżentat tal-APAN fil-KNA huwa Remigio Bartolo.

Numru ta’ membri ġew co-opted biex igħinu fil-ħidma tal-Kumitat Eżekuttiv tal-APAN. Dawn huma Arthur Cordina, Emily Garcia, Philip Hili, Joseph Saliba u Connie Scerri.