Coronavirus Lokali Saħħa

Malta se tistenna l-awtorizzazjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

Id-Deputat Prim Ministru spjega li mhux se jkun hemm vaċċinazzjoni għall-poplu kollu fl-ewwel xahar

Il-pajjiżi Ewropej se jkunu qed jistennew sal-aħħar ta’ dan ix-xahar għar-rapport tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini sabiex tkun hi li tirrakomanda jew le l-awtorizzazjoni tal-vaċċin ta’ Pfitzer/Biontech għal kontra l-Covid.

Fuq ix-Xandir Nazzjonali, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega li għalkemm ir-Renju Unit approva din it-tilqima, l-UE se tkun qed tagħmel testijiet aktar rigorużi.

Il-pjan hu, dejjem skont dak li qal Fearne, li Malta tkun qed tirċievi l-ewwel kunsinja tal-vaċċin fil-bidu tas-sena l-ġdida.

Id-Deputat Prim Ministru spjega li mhux se jkun hemm vaċċinazzjoni għall-poplu kollu fl-ewwel xahar. Dan għaliex il-Gvern se jkun allokat numru ta’ dożi kull xahar.