Sport Sport Ieħor

Marc Marquez se jkun operat għat-tielet darba

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Repsol Honda Marc Maqruez fis-sigħat li ġejjin mistenni jkun operat għat-tielet darba f’idu l-leminija wara inċident li kellu fid-19 ta’ Lulju fil-Grand Prix ta’ Jerez fi Spanja.

Marquez kien operat l-ewwel darba jumejn wara l-inċident fejn erba’ t’ijiem wara l-operazzjoni, t-tobba ddikjarawh li kien tajjeb biex isusq. Marquez iżda kellu jirtira fit-tielet sessjoni tal-provi f’Andalusia fi Spanja, bit-tieni operazzjoni ssirlu fit-3 ta’ Awwissu fejn hawnhekk kien konfermat li l-Ispnajol ma kienx se jkompli l-istaġun.