Lokali

“Qabel takkużaw, l-ewwel araw il-fatti” – MPA

Il-persuna li xerrdet dan ir-ritratt fuq il-media soċjali talbet apoloġija, għaliex wara l-investigazzjonijiet li saru “ħarġet verżjoni differenti”.

Kien fil-bidu ta’ din il-ġimgħa meta l-Pulizija fetħet investigazzjoni dwar dikjarazzjoni li saret minn omm illi qalet li binha ġie msawwat brutalment minn membri tal-Pulizija għas-sempliċi raġuni li ma kienx liebes maskra fil-pubbliku.

Fuq Facebook, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija (MPA) qalet li għalkemm l-apologija hija sabiħa u tkun apprezzata, “qabel nakkuzaw, ikun aħjar li l-ewwel naraw il-fatti.”

L-MPA qalet li l-membri tal-Korp qegħdin jagħmlu xoghol kbir ta’ kuljum, b’sagrifiċċju għalihom u għall-familja, u allegazzjonijiet bħal dawn iservu biss biex iwaqqgħu il-moral tal-istess membri.