Sport Sport Ieħor

Rebħa sorpriża għal Zhou fuq Higgins

Id-darbtejn champion Neil Robertson kellu jitħabat aktar mill-mistenni biex għeleb lil Anthony McGill u għadda mal-grupp tal-aħħar 16 kontra fil-Kampjonat tar-Renju Unit.

Robertson kien erba’ frames għal tnejn minn taħt qabel ma rebaħ erba’ frames konsekuttivi biex għalaq il-partita 6 frames għal 4.

Il-bidu tal-partita kien ibbilancjat bi breaks ta’ 94 u 83 minn Robertson b’ McGill jaqbeż il-mija qabel ma marru 2 – 2 fl-intervall. McGill ħa l-ħames frame u l-Iskoċċiż, li f’Awissu wasal sas-semi-finali tal-Kampjonat Dinji, kabbar il-vantaġġ tiegħu bi break ta’127. Robertson irrisponda bi break ta’ 132 li kien it-33 break ta aktar minn mija li għamel din is-sena.

John Higgins tlett darbiet rebbieħ tal-kompetizzjoni safa’ eliminat sitt frames għal tnejn minn Zhou Yuelong taċ-Ċina li għad għandu 22 sena.

Zhou ħa vantaġġ ta’ erba’ frames bla risposta minn Higgins qabel ma għalaq il-partita fit-tmien frame wara li Higgins naqas li jgħamel il-boċċa l-ħadra li dehret facli. Robertson issa jilgħab kontra Mark Selby jew Barry Hawkins fil-kwarti tal-finali nhar il-Ġimgħa, b’Zhou jilgħab kontra Xiao Guodong jew Jack Lisowski.