Lokali Saħħa

Skarsezza tal-vaċċin tal-influwenza fl-ispiżeriji privati

Il-Kamra tal-Ispizjara ta’ Malta u l-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji infurmaw lill-pubbliku li, l-membri tagħhom kemm spiżjara u spiżeriji, m’humiex responsabbli għall-iskarsezza preżenti tal-vaċċin tal-influwenza fil-privat. Huma qalu li dan hu dovut għan-nuqqas madwar id-dinja.

Din is-sitwazzjoni wasslet biex l-aġenti awtorizzati ma jkunux fornuti biżżejjed biex ilaħħqu mad-domanda tal-ispiżeriji privati.

Filwaqt li l-ispizjara u l-ispizeriji qeghdin jaghmlu ħilithom biex jaqdu lill-klijenti tagħhom b’ammonti adegwati tal-vaċċin tal-influwenza, iż-żewġ organizzazzjoniet avzaw li ma jistax isir l-impossibli jekk l-istokk tal-vaċċin huwa skars.