Coronavirus Internazzjonali

Tensjoni bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja dwar il-vaċċin

Minkejja li r-regolatur tal-mediċina Brittaniku approva l-vaċċin ta’ Pfizer/BioNTech fir-Renju Unit, mhux l-istess għamlet l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-EMA.

Dan ħoloq battibekk bejn ir-Renju Unit u l-Ġermanja hekk kif filwaqt li l-Ministru tas-Saħħa Ingliż Matt Hancock qed jgħid li l-Unjoni Ewropea qed timxi bilmod wisq fuq il-vaċċin, il-Ġermanja qed tgħid li qed tieħu ż-żmien tagħha biex tkun ċerta li hemm biżżejjed kunfidenza li l-vaċċin se jaħdem.

Hancock qed jinsisti li l-vaċċin ta’ Pfizer għadda mit-testijiet kollha meħtieġa biex ir-Renju Unit sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li awtorizza dan il-vaċċin.

Hu qed jgħid li Brexit għen lir-Renju Unit jagħmel dan il-pass qabel il-pajjiżi l-oħra Ewropej.

Madankollu dan id-diskors xejn ma niżel tajjeb mal-Ġermaniżi u ħoloq tensjoni politika bejn il-Ġermanju u l-Ingilterra.