Lokali Qorti

18-il xahar ħabs talli ta fastidju lill-omm uliedu

Il-Qorti ordnat 18-il xahar ħabs fuq akkużi li raġel ta’ fastidju lill-eks partner u l-omm tat-tlett itfal tagħhom.

L-akkużat kien tressaq il-Qorti lura f’Ottubru akkużat b’vjolenza domestika iżda minkejja li kien ordnat iżomm ‘il bogħod mill-mara, u saħansitra saq fit-triq tar-residenza tagħha.

Ir-raġel wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda l-Maġistrat Ian Farrugia ordna li jintbagħad il-ħabs.