Lokali Qorti

Akkużat li kien se jaħraq il-mutur tal-partner tal-eks-sieħba

Żagħżugħ ta’ 24 sena ġie ordnat li jinżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi preżentati fil-Qorti li flimkien ma’ persuna oħra kien qed jippjana li jagħti n-nar lil mutur tal-partner tal-eks tfajla tiegħu, liema att kien pjanat għal 22 ta’ Novembru li għadda.

L-akkużat Luke Vella minn Ħaż-Żabbar qed ikun akkużat ukoll li hedded lill-koppja u kkawża biża’ ta’ vjolenza fuqhom, fost lista twila ta’ akkużi oħra.

Meta mistoqsi  fil-Qorti dwar missier l-akkuż, l-imputat wieġeb li qed jeskonta sentenza l-ħabs.

Fis-snin passati, Vella kellu wkoll għadd ta’ ksur ta’ liġijiet oħra separati.

L-Ispetturi tal-Pulizija Mario Xiberras u Jeffrey Scicluna mexxew il-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati Matthew Xuereb u Alex Scerri dehru għall-akkużat.