Coronavirus Lokali

Anzjan ieħor vittma tal-COVID-19; 123 każ ġdid pożittiv

Fl-aħħar ħin ġie mħabbar li anzjan ta’ 82 sena hu l-aħħar vittma tal-COVID-19.

L-anzjan miet il-bieraħ filgħaxija wara li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 fil-21 ta’ Novembru waqt li kien fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paul. Dan biex b’hekk it-total ta’ vittmi hu 149.

Intant, fl-aħħar sigħat kelna 123 każijiet pożittivi ġodda filwaqt li 105 persuni fiequ biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ f’pajjiżna hu dak ta’ 8,120. Dan filwaqt li t-total ta’ każijiet attivi hu dak ta’ 2,056, liema ammont jinkludi erbgħa immigranti.

Waqt il-bulettin ta’ kull ġimgħa li jsir mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa hemm 17-il persuna rikoverata fl-ITU filwaqt li 11-il persuna oħra qed jingħataw il-kura fl-Infection Diseases Unit fl-Isptar Mater Dei.