Lokali

Ħadd ma’ jweġġa’ f’inċident fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ħafna agħar f’liwja fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar fil-11.20 ta’ dalgħodu.

Għal xi raġuni, il-vettura spiċċat inqalbet għal isfel mal-ġenb tat-triq. Fuq il-post minnufih wasal tim mediku biex jassisti lis-sewwieq iżda rrifjuta l-assistenza medika hekk kif ma sofra l-ebda ġrieħi.