Futbol Sport

Ħamrun Spartans miżmuma fi draw minn Lija Athletic

(Ritratt: Joe Borg/ MFA)

Matthias Mizzi

Lija Athletic.…………..2

Ħamrun Spartans……2

Lija Athletic: L. Bonnici, J. Cassar (’72 C. Giordimania), L. Muscat, I. Borg, D. Scerri, E. Beu, C. Flores (’67 G. Alhino) , J. Brandnan, W. Harry (’87 N. Micallef), M. Jimenez, C. Gill.

Ħamrun Spartans: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier, J. Mbong, J. Soares, F. Sasere (’60 M. Barbosa), E. Serrano. C. Corbalan, P. Dordevic, K. Micallef, E. Marcellina (’68 I. Abdullahi).

Imwissija: ’51 M. Jimenez (LJA), ’81 M. Guillaumier (ĦMR), ’83 D. Scerri (LJA), ’87 C. Giordimania (LJA)

Skorjaw:  ’45 E. Beu (LJA), ’45 +1 P. Dordevic (ĦMR), ’48 J.Mbong (ĦMR), ’63 E. Beu (LJA)

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees:  Christopher Francalanza & James Muscat

Raba’ Uffiċjal:  Malcolm Spiteri

Ħamrun Spartans ifallu milli jikbsu tliet punti importanti wara li Lija Athletic iddixxiplinati matul id-90 minuta u ta’ oppożizzjoni b’saħħitha għall-avversarji.

Ħamrun li kienu għadhom ġejjin minn rebħa konvinċenti ta’ 4-0 fuq Żejtun Corinthians, niżlu determinati li jakkwistaw it-tliet punti minn din il-partita sabiex ikomplu fuq dak li ħallew il-ġimgħa l-oħra.

Fuq in-naħa l-oħra Lija kienu ġejjin minn serje ta’ riżultati negattivi minkejja l-prestazzjonijiet pożittivi kontra qawwiet superjuri.

Ħamrun marru viċin minn kmieni fil-partita fejn il-konlużjoni ta’ Predrag Dordevic ħabtet mal-mimduda. L-istess Dordevic reġa’ kien sfortunat milli tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ man-nofs siegħa logħob wara li Bonnici ddevja l-konklużjoni tiegħu f’corner.

44 minuta logħob u Daniel Scerri b’determinazzjoni leħħha kull periklu ta’ gowl. Minn l-istess ‘clearance’ l-attakkant prolifiku Erjon Beu qabad lid-difiża opposta fuq kontrattakk u ħasad għal kollox lill-avversarji b’goal fil-baxx.

Minuta wara u Ħamrun irreaġġixxew mal-ewwel biex iġibu l-iskor indaqs minn konklużjoni b’saħħitha tas-solitu Dordevic biex l-ewwel taqsima ntemmet fl-iskor ta’ 1-1.

Ftuħ it-tieni taqsima u Ħamrun marru fil-vantaġġ mal-ewwel wara li l-plejer internazzjonali Malti, Joseph Mbong daħal tajjeb, bix-xutt preċiż tiegħu għeleb lil Bonnici.

Lija ma waqfux, biex fit-63 minuta xutt spettakolari ta’ Beu minn barra ‘l kaxxa ħalla lil Bartolo jħares. Mumenti eċitanti fl-aħħar mumenti tal-partita fejn Ħamrun bdew jipprovaw minn kollox sabiex isibu l-gowl, madankollu ma kienu qatt perikolużi. B’hekk il-partita ntemmet fl-iskor indaqs ta’ 2-2 b’Lija sodisfatti b’dan ir-riżultat u Ħamrun delużi bid-draw.