Lokali

Id-destin tar-Razzett l-Antik hu għall-qerda

Minkejja li l-Kunsill Lokali tal-Fgura ilu għal dawn l-aħħar snin jiġġieled għan-nom tar-Razzett l-Antik, jidher li sfortunatament id-destin tiegħu hu li jinqered… u dan anke fid-dawl li dan ir-razzett hu l-aħħar wieħed tat-tip tiegħu f’din il-lokalità.

Fi stqarrija maħruġa, jidher li fl-aħħar jiem irċievew żewġ deċizjonijiet li jkomplu jiftħu t-triq sabiex dan ir-razzett jispiċċa u jinqered darba għal dejjem. Dawn kienu:

  1. Deċizjoni tal-Qorti li ma’ laqetx it-talba tal-Kunsill Lokali għall-ħruġ ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni biex iwaqqaf is-sidien tar-Razzett milli jwaqqu l-binja sakemm tkun determinata talba ġdida għall-iskedar li l-istess Kunsill ressaq quddiem l-Awtoritajiet; 
  2. Kommunikazzjoni mis-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti  fejn ikkonfermaw id-deċiżjoni li ħadu fl-aħħar xhur li kienet tgħid li r-razzett ma’ jimmeritax li jiġi skedat.

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura esprima d-diżappunt tiegħu li din id-deċiżjoni se twassal għall-qerda ta’ dan il-bini li jinkludi l-karatteristiċi u l-identita’ storika tar-razzett fil-Fgura, l-awtentiċita tal-post bħala l-uniku razzett li jirrappreżenta l-oriġini tal-lokalita’, kif ukoll il-post li jinsab fil-punt minn fejn twieldet il-Fgura.