Sport Sport Ieħor

Il-Malti Haithem Laamouz fi ġlieda għat titlu superfeatherweight Unjoni Ewropea

Fil-11 ta’ llejla fil-Palasantoro f’Ruma fl-azzjoni il-boxer Malti Haithem Laamouz fi ġlieda għat titlu superfeatherweight Unjoni Ewropea. Ġlieda fuq tnax il-rawnd kontra t-Taljan Mario Alfano b’karriera ta’ 15 ir-rebħa, telfa u draw filwaqt li Laamouz iħaddan 16 ir-rebħa , seba’ minnhom b’K.O u telfa. Din il-ġlieda hija organizzata minn Art Media Sport – organizazzjoni Rosanna Conti Cavini u tgħamel parti minn programm ta’ tlett ġlidiet. Haithem Laamouz li l-bieraħ flimkien mal-avversarju Mario Alfano kellhom il-weighing – in ser ikun mgħejjun fir-ring minn Demis Tonna u minn Mario Giordano. Il-ġlieda Alfano – Laamouz ser tixxandar fi trasmissjoni diretta fuq Rai Sport mill-ħdax ta’ filgħaxija ‘l quddiem.