Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza

Ritratt: Martin Agius

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-kwarta fi Triq Ġuże’ Howard, Tas-Sliema.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara li toqgħod Tas-Sliema ntlaqtet minn vettura tal-għamla Nissan March li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 25 sena minn San Ġwann.

Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.