Lokali

Muscat ma jiċħadx li ħallaslu Yorgen Fenech

Kemm Joseph Muscat kif ukoll il-Ministru Edward Zammit Lewis ikkonfermaw li kienu siefru flimkien għal vaganza fi Franza mal-familji tagħhom – bis-sit LovinMalta jirrapporta illi kien Yorgen Fenech li ħalsilhom parti mill-ispiża tal-lukanda.

Wara li l-Ġimgħa spicca jixhed, Muscat baqa’ ma weġibx din id-domanda sempliċi dwar min ħallas għal din il-lukanda, u spiċċa uża t-tattika solita tiegħu li jattakka lill-esponenti tal-PN.

Fil-Qorti iżda, ħarġu fatti ġodda dwar ir-relazzjoni ta’ Muscat ma’ Fenech – irriżulta, dejjem skont l-eks PM, li huma ltaqgħu 8 darbiet, “konna ħbieb u kellna whatsapp group flimkien”, qal Muscat. Fil-grupp kien hemm ukoll Keith Schembri.

Filwaqt li Muscat u Zammit Lewis qalu mill-ewwel li l-vjaġġi lejn Franza tħallsu minn buthom, għadu mhux ċar min ħallas għal din il-lukanda lussuża.